Dinja Waħda tagħti unuri lil 58 skola għall-edukazzjoni ambjentali
Waqt iċ-Ċerimonja Annwali tal-Unuri tal-programm, 58 skola ngħataw unuri jew ċertifikati għall-impenn tagħhom fl-edukazzjoni ambjentali matul is-sena skolastika 2025–2026. Minn dawn, 54 kienu skejjel primarji u erbgħa skejjel medji jew sekondarji. Iċ-ċerimonja saret fil-Kulleġġ De La Salle fil-Birgu. The post Dinja Waħda tagħti unuri lil 58 skola għall-edukazzjoni ambjentali appeared first on Newsbook .
