Malta ssir pajjiż li jsellef aktar milli jissellef – titjib ta’ kważi €2 biljun fl-2025
Malta għaddiet minn pajjiż li jissellef mill-bqija tad-dinja għal wieħed li jsellef, hekk kif fl-2025 irreġistrat bilanċ pożittiv ta’ €1.78 biljun, meta fl-2024 kellha bilanċ negattiv ta’ €221 miljun. Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), dan ifisser titjib ta’ kważi €2 biljun, ekwivalenti għal 8.1% tal-Prodott Domestiku Gross (PDG), u t-tieni l-ogħla bilanċ pożittiv fl-aħħar 31 sena. The post Malta ssir pajjiż li jsellef aktar milli jissellef – titjib ta’ kważi €2 biljun fl-2025 appeared first on Newsbook .
